School Anthem


Bierek Ġesu', din l-iskola llum
Biex mit-tajjeb hija dejjem tmur aħjar
Bierek Missier inti mis-smewwiet
Lit-tfal kollha li jimlew dal-klassijiet.


Biex fi klima ferriħija
Fil-fjur tagħna tat-tfulija
Nitrabbew edukati tassew.


Bħal San Franġisk
Għinna nħobbu 'l ħolqien
U nitghallmu 'l-ambjent
Intugħ ħarsien.


Bħal San Franġisk
Għinna nsibu l-ferħ biss
Fik Ġesu' x'ħin narawk
Fuq Kurcifiss.


Bierek Int lill-ġenituri
Għalliema u sorijiet
Ħalli jaħdmu għall-ġid tagħna id f'id.


Bierek lilna l-istudenti
Ħalli nkunu sew attenti
U din l-iskola timxi dejjem 'l quddiem. (x2)


Kliem - Joe C. Aquilina
Arranġament Muźikali - Andrew Zammit
26/5/94